Pariri

Dawn li ġejjin huma rakkomandazzjonijiet minn trejdjunjonisti dwar il-mistoqsija "x'tissuġerixxi lil trejdunjonisti oħra involuti fil-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni?" b'kummenti u kjarifiki mill-grupp li kitibhom, kif ukoll kwistjonijiet li triq toqgħod attent għalihom meta tipparteċipa f'informazzjoni u konsultazzjoni u mistoqsijiet li għandek tistaqsi lilek innifsek.

Li tikkunsidra l-proċess ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni bħala kwistjoni serja

Hemm tradizzjoni stabbilita, prinċipalment fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, li l-azzjonijiet ewlenin tat-trejdjunjins huma n-negozjar kollettiv, l-istrajks u l-manifestazzjonijiet.

Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni jibqgħu mod serju u legalment stabbilit ta' seduta flimkien mal-impjegatur u jippruvaw isibu soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kull problema.

Għalkemm li tinstab soluzzjoni m'hix ħaġa garantita, huwa meħtieġ li tmur għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni b'attitudni serja jekk tixtieq li tinstab soluzzjoni.

F'ħafna każijiet eżaminati fl-istħarriġ, li sar fil-qafas tal-proġett INVOLVE, iltqajna ma' impjegaturi li kienu qed jippruvaw jipperikolaw il-proċess ta' informazzjoni u konsultazzjoni jew rappreżentanti tal-impjegati li jindirizzawha b'mod suspettuż u derogatorju, bit-tnejn li huma jimminimizzaw iċ-ċansijiet tagħhom li jibbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess.


Kultura ta' Informazzjoni u konsultazzjoni

L-informazzjoni u l-konsultazzjoni għandhom ikunu proċedura kunsenswali. Iż-żewġ naħat jibbenefikaw jekk jirnexxielhom jikkonkludu Ftehim aċċettat b'mod komuni li jissalvagwardja l-interessi kemm tal-impjegatur kif ukoll tal-ħaddiema.

F'pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza, in-Netherlands jew dawk Skandinavi hemm tradizzjoni twila ta' informazzjoni u konsultazzjoni, li minnha ħarġet kultura ta' informazzjoni u konsultazzjoni b'għeruq sodi.

Din tagħti lir-rappreżentanti tal-impjegati f'dawn il-pajjiżi l-opportunità li jitolbu informazzjoni għal kwalunkwe oġġett anke jekk jidher li mhux importanti, li toħloq klima soċjali tajba fil-kumpanija għaż-żewġ naħat (impjegatur-ħaddiema). Din tista' tkun tajba f'perjodi kruċjali ta' kriżi ekonomika u finanzjarja, meta l-kwistjonijiet li jridu jiġu diskussi huma infinitament aktar importanti.

F'pajjiżi bħall-Greċja, il-Bulgarija, Ċipru, Malta, ir-Rumanija, Spanja u l-Italja, fejn m'hemm l-ebda kultura stabbilita ta' informazzjoni u konsultazzjoni għandek tibda tipparteċipa fil-proċess, meta l-kumpanija tkun qed tikseb il-profitti, biex titgħallem kif toqgħod fuq mejda u tiddiskuti u kif ma tiħux pass lura mal-ewwel oġġezzjonijiet tal-maniġment.

Minbarra l-kultura ta' I&K fil-pajjiż, forsi aktar importanti hija l-maturità u l-kultura li teżisti fil-kumpanija speċifika f'termini ta' informazzjoni u konsultazzjoni tal-maniġment mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

L-attitudni tajba lejn il-komunikazzjoni u d-djalogu u l-intenzjonijiet pożittivi huma l-aħjar mod biex tpoġġi flimkien biex tipprevjeni l-impatt negattiv tal-bidliet previsti mill-maniġment u biex jinstabu s-soluzzjonijiet.


Karatteristiċi tal-infomazzjoni tajba

Hu veru li ż-żewġ naħat iridu jagħmlu sforz biex jifhmu l-pożizzjonijiet ta' xulxin. Min-naħa l-oħra, ir-responsabbiltà ewlenija biex tinkiseb kwalità tajba ta' informazzjoni u konsultazzjoni hi tal-maniġment.

Il-maniġment għandu jipprovdi lir-rappreżentanti tal-impjegati b'informazzjoni korretta, valida fil-ħin u analitika bil-miktub (noti prattiċi bil-miktub). L-informazzjoni għandha tkun ċara, vera u li tkopri l-kwistjonijiet kollha. Dejjem għandek tivverifika li l-informazzjoni hi vera, mhux falza.

Għandek tiġbor id-data u l-informazzjoni neċessarja inti stess b'mod indipendenti. Ir-Reġistri tan-Negozju Nazzjonali, li fihom jiġu pubblikati l-bidliet fil-maniġment, id-deċiżjonijiet bażiċi u d-dikjarazzjonijiet ekonomiċi (karta tal-bilanċi - rapporti tal-introjtu) kollha, jikkostitwixxu sors utli ħafna ta' informazzjoni.

L-informazzjoni t-tajba hi l-bażi għall-konsultazzjoni. Għandek tinsisti li tirċievi informazzjoni ta' kwalità tajba għaliex din tiftaħ it-triq għal konsultazzjoni tajba.


Il-proċedura tal-Informazzjoni u l-konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni għandha ssir b'mod, f'ħin u b'kontenut xieraq. Id-djalogu jrid ikun dirett u onest miż-żewġ naħat. Għandkom tiddefinixxu tajjeb is-suġġett tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni biex ikun jista' jinftiehem aħjar. It-temi tal-konsultazzjoni għandhom ikunu kkomunikati lir-rappreżentanti tal-impjegati qabel il-laqgħa komuni. Il-maniġment għandu jipprovdi lir-rappreżentanti tal-impjegati b'informazzjoni ftit żmien mhux ħażin qabel il-konsultazzjoni. Ir-rappreżentanti tal-impjegati l-ewwel għandhom jistudjaw u jkunu jafu tajjeb il-kwistjonijiet li qed jiġu diskussi sabiex ikunu jistgħu jqajmu u jsostnu l-argumenti b'mod effettiv.

Inti, bħala rappreżentant tal-ħaddiema, għandek tibni relazzjoni malajr u ta' fiduċja mal-kontroparti (il-maniġment) u żżomm kanali ta' komunikazzjoni miftuħin miegħu. Għal dan il-għan, ikunu utli ħafna jekk tistabbilixxu Kumitat Konġunt, li jiddiskuti b'mod regolari dwar kwistjonijiet ta' xogħol.

Ir-rappreżentant tal-maniġment għandu jkun fil-livell ta' pożizzjoni xieraq.

>It-termini ta' informazzjoni u konsultazzjoni, inkluż l-iskeda tal-ħin (meta tibda l-konsultazzjoni u meta tispiċċa) għandhom ikunu maqbula mal-maniġment fil-bidu.

Għandkom tesprimu opinjonijiet konsistentimal-informazzjoni riċevuta.

Qabel u waqt il-konsultazzjoni għandkom tinvestigaw u taħsbu dwar x'inhuma l-motivi u l-interessi taż-żewġ partijiet fil-livelli kollha. L-isforz biex tidħlu fiż-żarbuna tan-naħa l-oħra jgħinkom tirrikonoxxu għaliex il-maniġment isostni l-pożizzjonijiet tiegħu u kif tistgħu tressquhom aktar qrib tagħkom.

Madankollu, waqt il-konsultazzjoni għandkom iżżommu f'moħħkom li jista' jkun hemm xi nasbiet.

Għandkom tagħtu attenzjoni għad-dinamiċi tal-Grupp.

Il-partijiet interessati (dawk affettwati mill-bidliet) għandhom jiġu kkonsultati. Għandek tiġbor biżżejjed data dwar x'inhu l-impatt tal-bidliet, li l-maniġment jixtieq idaħħal, biex teżamina lil min jaffettwaw dawn il-bidliet u kif. Ikun utli li taħseb fuq l-impatt għaż-żewġ naħat.

Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom janalizzaw x'għamlu fil-passat u jitgħallmu minnu.

Għandek iżżomm rekords tad-diskussjoni bil-miktub.

F'każ li l-impjegatur m'għandu l-ebda intenzjoni li jasal għal kompromess il-konsultazzjoni trid tkun appoġġjata b'azzjoni industrijali.


Ftehim

Arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema huma ġeneralment stabbiliti wara negozjati bejn iż-żewġ partijiet u mniżżla fuq Ftehim bejn min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-ftehimiet rigward l-informazzjoni u n-negozjar huma aktar komuni fil-każ tal-EWCs. Għandek tagħti attenzjoni b'mod speċjali lil żewġ punti:

  • L-ewwel, dejjem għandek iżżomm f'moħħok li dak li hemm miktub fil-Ftehim jipprevali (hu aktar b'saħħtu) minn dak li hemm previst fid-Direttiva. Pereżempju, jekk il-korp speċjali tan-negozjati u l-impjegatur ikunu laħqu ftehim għall-operat tal-EWC mingħajr ma jipprevedu li l-impjegatur iħallas l-ispiża ta' espert assenjat mir-rappreżentanti tal-ħaddiema biex jassistihom jew ma jiġi previst l-ebda kost għat-taħriġ tal-membri tal-EWC, allura dan ikun hekk (minkejja li l-klawżoli minimi previsti fir-rekwiżiti sussidjarji tad-Direttiva 2009/38 jgħidu l-kuntrarju). Fil-każ li ma tasalx għal ftehim, li jkun aħjar mid-dispożizzjonijiet tal-ħtiġijiet sussidjarji, aħjar ma tasal xejn għal ftehim, għax f'dan il-każ jidħlu fis-seħħ il-ħtiġijiet sussidjarji.
  • It-tieni, dwar iż-żmien tan-negozjati għall-Ftehim, huwa dejjem aħjar li tinnegozja, meta l-kumpanija ma tkun qed tiffaċċja l-ebda problemi ekonomiċi jew tas-suq u t-trejdjunjin tkun aktar b'saħħitha. Ftakar li inti se tuża d-dispożizzjonijiet u l-modalitajiet tal-ftehim ukoll meta jqumu l-problemi.

Virtujiet ta' rappeżentant tal-ħaddiema tajjeb

Matul l-informazzjoni u l-konsultazzjoni il-ħaddiema jesprimu lilhom infushom permezz tar-rappreżentanti tagħhom. Is-soluzzjonijiet misjuba jew in-nuqqas li tinstab soluzzjoni jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq il-virtujiet u l-ħiliet tar-rappreżentanti.

It-trejdjunjonisti mill-pajjiżi kollha ssottolinejaw bħala l-aktar importanti li bħala rappreżentanti tal-ħaddiema tridu:

  • Tkunu mħarrġa fuq l-informazzjoni u l-konsultazzjoni.
  • Temmnu fl-għaqda, fir-responsabbiltà u fis-solidarjetà.
  • Tikkomunikaw mal-ħaddiema l-informazzjoni li rċevejtu u tinfurmawhom dwar l-involviment tagħkom fit-tfittxija għas-soluzzjonijiet possibbli kollha.
  • Qatt tagħtu illużjonijiet jew tamiet foloz lill-ħaddiema; infurmawhom sewwa.

Skop

Bħala rappreżentant tal-ħaddiema, bħala trejdjunjonist jew bħala espert, dejjem għandek iżomm f'moħħok li inti tipparteċipa fil-proċess ta' informazzjoni u konsultazzjoni biex tinnegozja dwar kundizzjonijiet jew arranġamenti aħjar għal informazzjoni u konsultazzjoni sabiex tkun f'pożizzjoni aħjar biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Inti responsabbli għall-informazzjini kkomunikata lilek u għandek tuża dan l-għarfien għall-benefiċċju tal-ħaddiema kollegi.

Limiti

Wieħed irid iżomm f'moħħu li intom bħala rappreżentanti tal-ħaddiema għandkom responsabbiltà individwali u kollettiva.

Il-limitu tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni hu li ma jintilfux il-pożizzjonijiet tax-xogħol, jew, fil-każ li dan jirriżulta li jkun impossibbli, biex jitnaqqas l-impatt fuq il-ħaddiema affettwati.


Għaqda

F'kumpanija jista' jkun hemm aktar minn trejdjunjin waħda, li tappartjeni għal federazzjonijiet trejdunjonistiċi b'idejoloġiji differenti. L-għaqda u l-koordinazzjoni tal-azzjoni bejn it-trejdjunjins huma neċessarji jekk tixtiequ ttejbu l-pożizzjonijiet tagħkom. Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jridu jesprimu pożizzjoni waħda, mhux pożizzjonijiet frammentati.

Għall-kuntrarju, il-maniġment tal-kumpanija ta' spiss juża l-kunflitt jew in-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn it-trejdjunjins biex jinnewtralizza l-pressjoni tat-trejdjunjinss (eż. trejdjunjin li tinsab f'fabbrika waħda u trejdjunjin oħra f'fabbrika oħra tal-istess kumpanija ma tieħu ebda azzjoni industrijali, għalekk ħaddiema fit-tieni fabbrika jaħdmu sahra biex jikkontrobilanċjaw it-telf tal-impjegatur mill-ewwel wieħed).sabiex


Il-komunikazjoni tal-informazzji lill-ħaddiema

Għandek tinforma lill-kollegi tiegħek dwar is-sitwazzjoni, il-pożizzjonijiet tiegħek u l-kors tal-konsultazzjoni (meta ma jkunx hemm l-ostaklu tal-kunfidenzjalità).

L-unjins għandhom ikunu kreattivi (inkluż l-użu tal-midja soċjali) biex jgħaddu l-informazzjoni lill-ħaddiema.

Bħala rappreżentant tal-ħaddiema, trejdjunjonist jew membru tal-kunsill tax-xogħolijiet, inti tibbaża s-saħħa tiegħek eżattament fuq il-fatt li inti tirrappreżenta lill-ħaddiema u li int ġejt elett għal dan il-għan. Din ir-rabta m'hix eżawrita bl-att tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet, hi rabta ħajja u trid titħalla tali. Fuq kollox, hi att ta' kunfidenza fik. Għal dan il-għan, trid tgħaddi lill-kollegi tiegħek informazzjoni li tirċievi mill-maniġment tal-kumpanija u żżommhom aġġornati dwar x'inhu għaddej u x'inhuma r-riżultati (jekk ikun hemm) tal-konsultazzjoni. Il-komunikazzjoni frekwenti tistabbilixxi trasparenza. Li tkun trasparenti u sinċier mal-kollegi tiegħek hu l-virtù ewlieni li mitlub minnek.

Biex isir hekk, ħafna rappreżentanti tal-ħaddiema jużaw l-Assemblea Ġenerali, uħud jużaw il-bord tal-avviżi jew il-gazzetta tal-kumpanija. Irrispettivament mill-mod li tuża (tista' wkoll tuża e-mails jew applikazzjonijiet oħra ta' teknoloġija ġdida), l-eżerċizzju sħiħ tar-rappurtar lill-kollegi tiegħek jista' jagħtik l-opportunità li tisma' ideat, informazzjoni, dokumentazzjoni li tista' tkun estremament utli għalik u, xorta żżomm il-kollegi tiegħek lesti għal kwalunkwe azzjoni industrijali li jista' jkollok bżonn tieħu (eż. waqfien, strajk, manifestazzjoni eċċ.).

Anki fil-każ ta' għeluq ta' impjant ta' kumpanija multinazzjonali, li hija problema diffiċli ħafna biex tindirizzaha, billi meta l-kumpaniji multinazzjonali jiddeċiedu li jagħlqu, huwa diffiċli ħafna li twaqqaf id-deċiżjoni milli tiġi implimentata, għandu jkun hemm trasparenza massima għall-ħaddiema sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess ibbażati fuq il-fatti mhux fuq xnigħat u għandek tagħmel sforz biex issib soluzzjonijiet alternattivi.


It-twaqqif ta' sistema ta' informazzjoni effettiva

Il-komunikazzjoni effettiva titlob it-twaqqif u l-użu ta' sistema ta' informazzjoni interna effettiva. Din is-sistema tista' tintuża b'mod doppju. L-ewwel, tista' tużaha biex ixxerred l-informazzjoni lill-kollegi tiegħek u t-tieni, tista' tużaha biex tiġbor informazzjoni primarja jew biex tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-impjegatur.

Jekk tuża l-emails, preferibbilment li tuża l-emails personali tal-kollegi tiegħek u mhux il-posta elettronika tal-kumpanija jew l-intranet tal-kumpanija, sabiex iżomm il-komunikazzjoni bejn il-ħaddiema 'il bogħod u li ma tkunx tista' tiġi kkontrollata mill-kumpanija.


Solidarjetà

Is-solidarjetà hi relatata mill-qrib mal-għaqda iżda għandha sens aktar wiesa'. Is-solidarjetà tista' tiġi interpretata bħala att komuni bejn kollegi li jaħdmu mal-istess kupanija iżda f'impjant ieħor jew f'pajjiż ieħor u li qed jiffaċċjaw problema serja.

Is-solidarjetà tista' tidher ħaġa naturali u li awto-mifhuma, iżda dan mhux dejjem hu l-każ. Aħseb pereżempju li l-maniġment ta' kumpanija jrid jagħlaq fabbrika. Jekk mhux il-waħda li jipproponu huma, se tkun tiegħek? L-esperjenza wriet li jekk ma jkunx hemm solidarjetà ir-riżultat l-aktar probabbli hu li fit-terminu medju jispiċċaw jagħlqu ż-żewġ fabbriki.

L-affarijiet huma saħansitra aktar ikkumplikati fil-każ ta' kumpaniji multinazzjonali, fejn l-appoġġ lill-ħaddiema ta' impjant ta' pajjiż speċifiku, li jinsab f'riskju li jingħalaq, jista' jkollu konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema ta' bosta pajjiżi oħra.

Fil-prattika, jista' jkun li taffronta dilemma bħal: inti tipprevedi li tappoġġja kollegi ta' impjant ieħor b'kunflitti lokali? Jekk inti membru ta' EWC, kif tiffaċċja problema ta' għeluq ta' impjant f'pajjiż barra mill-UE (li mhux rappreżentat fl-EWC)? L-aħħar iżda mhux l-inqas, is-solidarjetà impulsiva m'hix biżżejjed. Inti għandek tfittex il-koordinazzjoni ma' trejdjunjins oħra li qed juru solidarjetàmiegħek biex tirfina u timmassimizza l-impatt.


Koordinazzjoni ma' trejdjunjins u ma' strutturi ta' trejdjunjins (Federazzjonijiet, organizzazzjonijiet tal-pajjiż) oħra

Is-solidarjetà tista' tiġi espressa wkoll bejn ħaddiema jew trejdjunjins minn kumpaniji differenti. Din tinkludi t-trejdjunjins fil-livelli kollha (inkluż il-livell ta' Konfederazzjoni). L-organizzazzjoni ta' azzjoni ta' trejdjunjin titlob il-komunikazzjoni tal-problemi tiegħek, tad-deċiżjonijiet u tal-azzjonijiet lil trejdjunjins u lill-istrutturi tat-trejdjunjins oħra, titlobhom solidarjetà u tikoordina magħhom. Għalhekk, il-koordinazzjoni ma' konfederazzjonijiet nazzjonali u (fil-każ tal-EWCs) Ewropej hi essenzjali, kif ukoll it-taħriġ kontinwu u t-tisħiħ tan-netwerk tar-rappreżentanti tal-ħaddiema Ewropej.


Azzjoni soċjali, solidarjetà, appoġġ għall-istituzzjonijiet soċjali

Il-maniġment irid ikun jaf li t-trejdjunjin m'hix se teżita li tuża l-mezzi legali kollha disponibbli.

Biex timmassimizza l-pressjoni fuq l-impjegatur tiegħek, int teħtieġ lappoġġ tal-istituzzjonijiet soċjali, u tal-istituzzjonijiet fil-livelli kollha (gvern lokali, awtoritajiet lokali, ministeri u dipartimenti tal-ministeri). Dan jaf jikkontribwixxi għall-klima ġenerali lejn il-każ tiegħek iżda jista' wkoll ikollu applikazzjoni prattika (laqgħat tripartitiċi eċċ.).

Komponent importanti ieħor tas-solidarjetà hu l-mobilizzazzjoni tal-komunità lokali u ta' ħaddiema ta' setturi oħra. Biex tagħmel hekk, trid tuża l-miżuri ta' komunikazzjoni u ta' pubbliċità u tagħmel il-problema tiegħek magħrufa u tikseb appoġġ. L-użu tal-midja soċjali jista' wkoll ikun utli biex twassal il-messaġġ tiegħek lil nurmu kbir ta' persuni.

Pereżempju, fil-każ ta' VIOME, industrija kimika falluta f'Tessaloniki, il-Greċja, l-unjin ibbażata fil-kumpanija ħadet f'idejha l-operazzjoni tal-fabbrika. Inbena moviment enormi ta' solidarjetà u l-prodotti tal-kumpanija huma promossi u mibjugħa permezz ta' movimenti (mhux biss il-moviment tax-xogħol iżda wkoll ekoloġisti, movimenti għall-ġlieda kontra l-faqar, koperattivi, eċċ.) fil-Greċja kollha u barra.


Minuti bil-miktub, dokumentazzjoni bil-miktub

L-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub u mhux tkun limitata biss għal preżentazzjonijiet ppt ta' interess ġenerali jew għal spots ta' pubbliċità.

F'ħafna każijiet rappurtati, lpimpjegaturi jiċħdu li żammew minuti bil-miktub tal-laqgħat ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni. Ir-raġuni għal dan hi biex fil-futur ikunu jistgħu jerġgħu jifformulaw b'mod faċli jew anki jiċħdu dak li ntqal fil-laqgħa.

Inti għandek tinsisti li jinżammu minuti jew rekord tal-laqgħat. F'każ li dan ma jkunx fattibbli, suġġeriment propost minn trejdjunjonist hu li żżomm il-minuti fuq inizjattiva tiegħel u mbagħad titlob lill-kumpanija id-dokument tagħmlu protokoll.


Esperti

B'mod ġenerali, l-impjegatur tiegħek gaħndu iżjed riżorsi u għarfien tekniku għad-dispożizzjoni tiegħu minnek. Kumpaniji li jipparteċipaw f'informazzjoni u konsultazzjoni (meta wieħed iqis li, wara s-sejbiet tal-istħarriġ huma mill-inqas ta' daqs medju) għandhom dipartiment tekniku, dipartiment finanzjarju u ta' kontabilità, avukat eċċ., li jikkontribwixxu biex jifformulaw il-pożizzjoni tal-kumpanija u biex jappoġġjaw il-maniġment qabel, matul u wara l-laqgħat ta' I&K.

L-informazzjoni tinkludi biċċiet ta 'informazzjoni ta' natura teknika (eż. analiżi ta' data finanzjarja u karti tal-bilanċ, data dwar il-produzzjoni, eċċ.), li bħala trejdjunjonist m'intix obbligat li tikkontrolla. Inti għandek toqgħod attent li tistruttura u torganizza l-informazzjoni sew, biex ma jkollokx għalfejn tirrikorri għand in-nies li jafu jagħmluha bl-aħjar mod (l-esperti).

Biex tifhem informazzjoni teknika, tistaqsi l-mistoqsijiet ix-xierqa u tipprepara l-pożizzjoni tiegħek bil-ħsieb li tieħu sehem f'konsultazzjoni, għandek bżonn l-assistenza ta' espert. L-espert jista' ma jkunx dejjem l-istess. Fil-fatt l-għażla tal-espert li għandu l-aktar għarfien, esperjenza u ħiliet xierqa tiddependi fuq in-natura tal-informazzjoni.

Hu ta' għajnuna kbira li tkun appoġġjat minn avukati u esperti. Id-Direttiva 2009/38 u l-biċċa l-kbira tal-Ftehimiet tal-EWC jipprevedu tal-inqas espert wieħed, assenjat minn rappreżentanti tal-ħaddiema li l-ispiża tiegħu titħallas mill-kumpanija. Fil-każ li, il-ftehim dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni kemm f'livell nazzjonali jew Ewropew ma jkollux dispożizzjonijiet għal espert imbagħad dan għandu jitħallas mill-ħaddiema (it-trejdjunjin). F'ħafna każijiet l-esperti huma pprovduti mit-trejdjunjins jew mill-federazzjonijiet tat-trejdjunjins.

L-esperti probabbli li jkunu avukati iżda hu komuni ħafna li jridu jkunu accountants jew ekonomisti jew inġiniera.

Qabel ma jibdew jipprovdu servizzi bħala esperti, jridu jiffirmaw dikjarazzjoni li huma marbuta bl-istess obbligi ta' kunfidenzjalità bħar-rappreżentanti tal-ħaddiema.


Leġiżlazzjoni

Il-leġiżlazzjonijiet iridu jirrispettaw l-ispirta tad-Direttiva 2002/14, biex ikunu speċifikati u jipprevedu sanzjonijiet li huma effettivi dissważivi u proporzjonati. Il-leġiżlazzjonijiet għandhom jappoġġjaw is-suċċess tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni.

Għarfien sewwa tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li jikkonċernaw l-informazzjoni u l-konsultazzjoni

Bħala trejdjunjonist jew rappreżentant tal-ħaddiema, trid tkun imħarreġ u infurmat b'mod xieraq dwar is-suġġett tal-konsultazzjoni u li tistudja l-leġiżlazzjoni sewwa, biex tkunu taf id-drittijiet u l-obbligi tiegħek. Int trid tkunu infurmat dwar il-liġijiet u r-regoli tax-xogħol (dan itejjeb il-ħiliet u l-abilità tiegħek li tidħol għal konsultazzjoni u anki għal negozjar). Inti trid tkun ukoll imħarreġ dwar it-tekniki ta' negozjar.

Int trid tkun taf ukoll sewwa d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi i jikkonċernaw l-informazzjoni u l-konsultazzjoni u l-liġijiet nazzjonali rispettivi applikati. Pereżempju, jekk il-maniġment tal-kumpanija tiegħek għandu l-intenzjoni li jagħti sensji kollettivi, inti trid tkun taf id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59 u tal-liġi li tittrasponiha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek.

Tabilħaqq, ħadd ma jistenna minnek li jkollok għarfien li lanqas l-avukati, jekk ma jkunux speċjalizzati fit-tema, ma jkollhom. Int għandek tkun taf id-dispożizzjonijiet bażiċi. Il-parteċipazzjoni f'sessjonijiet ta' taħriġ organizzati mit-trejdunjins, jew f'laqgħat għal skambju ta' esperjenza ma' rappreżentanti tal-ħaddiema oħra jew billi titlob lill-Ispettorat tax-Xogħol jew, ovvjament, li jkollok l-appoġġ ta' avukat jistgħu jkunu ta' benefiċċju u jiffrankawlek ħafna problemi.


L-istudju ta' leġiżlazzjoni

L-istess japplika għal biċċiet ta' leġiżlazzjoni oħra (eż. dwar il-liġi dwar il-falliment). Trejdjunjins Spanjoli semmew b'mod speċjali li r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom ikunu jafu d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri konkreti tal-proċedura speċjali ta' tkeċċija msejħa ERE (Expediente de Regulacion de Empleo). It-trejdjunjonisti għandhom ikollhom l-għarfien bażiku dwar din it-tip ta' leġiżlazzjoni kif ukoll dwar kwistjonijiet fiskali u ta' kummerċjalizzazzjoni (kif proposti minn trejdunjonisti Taljani) sabiex ikunu f'pożizzjoni li jipparteċipaw b'mod effettiv fl-informazzjoni u l-konsultazzjoni.

Dan it-tip ta' għarfien jista' wkoll jinkiseb permezz ta' taħriġ, ta' skambju ta' għarfien u ta' appoġġ mill-esperti. Bosta ftehimiet dwar informazzjoni u konsultazzjoni (l-aktar għall-EWCs billi hemm tali dispożizzjoni fid-Direttiva 2009/38) jipprevedu sessjonijiet ta' taħriġ imħallsa mill-kumpanija għar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jipparteċipaw fl-informazzjoni u l-konsultazzjoni.


Li tuża l-mezzi legali kollha disponibbli

It-trejdunjonisti li pparteċipaw fl-istħarriġ INVOLVE mill-Greċja, mir-Rumanija, mill-Italja u minn Spanja qablu li biex tipproteġi b'mod effettiv id-drittijiet u l-interessi tal-ħaddiema, trid tkun persistenti u tuża kull mezz previst bil-liġi u l-proċeduri ġuridiċi disponibbli.

Alternattivi

Dejjem għandek iżżomm f'moħħok li jekk ikollok il-pożizzjonijiet u l-proposti tiegħek għal soluzzjoni biex tpoġġihom fuq il-mejda, allura jkun aktar faċli li l-maniġment jiddiskuti fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet tiegħek Ikun saħansitra aħjar, jekk tkun lest li tippreżenta mhux biss soluzzjoni iżda wkoll diversi soluzzjonijiet alternattivi, għaliex dan iwessa' l-firxa ta' għażliet u jista' jipprovdi tweġibiet għal oġġezzjonijiet min-naħa tal-maniġment. Anki fil-każ li jidher li jkun hemm imblokk u l-kumpanija se tingħalaq, il-ħaddiema jistgħu jsibu soluzzjoni oħra, bħal pereżempju li jiffurmaw kooperattiva li tieħu f'idejha l-attività, kif jissuġġerixxu t-trejdjunjonisti Taljani.

Nuqqas ta' informazzjoni

Fil-każ li l-maniġment jirrifjuta l-informazzjoni u l-konsultazzjoni, għandek teżamina kemm għandek tinsisti. In-nuqqas ta' informazzjoni kultant huwa aħjar minn informazzjoni u konsultazzjoni insuffiċjenti u superfiċjali, li toffri lill-maniġment l-iskuża li hu rrispetta l-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni. Ir-raġuni għal dan hija li, meta l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma jseħħux qabel id-deċiżjoni tal-maniġment, it-trejdjunjin tista' tappella l-Qorti biex tilmenta li kien hemm ksur sħiħ tad-Direttiva 2002/14 u li d-deċiżjoni tal-maniġment għandha tiġi annullata.

Dan is-sett ta' għodod ġie żviluppat fil-qafas tal-proġett TISĦIĦ TAL-INVOLVIMENT. Il-proġett kien implimentat fl-2018 u kien iffinanzjat mid-DĠ Impjiegi tal-Kummissjoni Ewropea. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-proġett fis-sit strengtheninginvolvement.obes.gr